santu rokku postcard 1

L-irħajjel ta’ Santu Rokku

maltese english

go-to-locationL-irħajjel ta’ Santu Rokku ħa ismu minn kappella ddedikata lill-istess qaddis u li qabel kienet preżenti viċin il-kosta u l-linja sekondarj ta’ difiża tal-Kavallieri (trunċiera), fejn illum il-ġurnata nsibu l-inħawi ta’ SmartCity. Waqt l-imblokk tal-Franċiżi ħdejn din il-kappella nbena mill-Ingliżi r-ridott ta’ Santu Rokku, filwaqt li l-batterija ta’ Santu Rokku nbniet minn irġiel Maltin li kienu jiffurmaw parti mit-30 riġment ta’ Cambridgeshire. Ir-ridott ta’ Santu Rokku, kif ukoll il-kappella u l-bini li kien mibni madwaru, twaqqgħu.

Matul is-snin fl-irħajjel żviluppaw diversi residenzi, anke fil-qrib tal-kunvent u l-knisja tal-Patrijiet Kapuċċini. Ftit ġimgħat wara l-festa titulari tal-Kalkara fl-irħajjel kienet tiġi ċċelebrata festa ddedikata lil San Ġużepp, magħrufa bħala ‘tal-Kejla’, u anke twaqqaf każin bl-isem ‘Circolo San Giuseppe Via Capuccini’.