Iċ-Ċimiterju tal-Commonwealth

maltese english

go-to-location

Fl-1915 l-isptarijiet navali f’Malta kellhom fihom iżjed minn 135,000 pazjent, kemm morda u anki midruba, l-aktar minħabba l-battalji ta’ Gallipoli u Salonika. Dan barra li mill-1917 bdew jintbagħtu inqas bastimenti mediċi f’Malta. Fl-istess żmien inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara, fi Triq Santu Rokku, li ntuża ħafna b’mod speċjali għal dawk li tilfu ħajjithom matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Iċ-Ċimiterju, li qabel kien tal-Ammiraljat u wara tal-Commonwealth, huwa maqsum f’żewġ oqsma: tal-Protestanti u tal-Kattoliċi, li kellhom entraturi differenti. Hemm 351 qabar tal-Ewwel Gwerra Dinjija u 694 tat-Tieni Gwerra Dinjija, kollha mill-Commonwealth. Fih hemm ukoll 1,445 oqbra li m’humiex tal-gwerra u 137 qabar tal-gwerra minn pajjiżi oħra, fosthom il-Ġappun. Iċ-ċimiterju huwa miżmum mill-Commonwealth War Graves Commission.