Riċerki juru li qabel l-1487 ġiet mibnija Knisja ddedikata lis-Salvatur fuq il-peniżola tar-Rnella. Viżti Pastorali jindikaw li l-Gran Mastru Jean Parisot de La Valette ordna t-twaqqiegħ tagħha fl-Assedju l-Kbir tal-1565 biex ma sservix ta’ tarka għall-armata Ottomana. Fl-1580 il-Knisja reġgħet inbniet minn Claudio Abela u Davidde Burlò. Fl-1676 ġie midfun ġewwa fiha l-Balliju Fra Giovanni Bichi li kien miet bil-pesta. Għalhekk fl-1680 neputih Fra Mario Bichi waqqa’ u reġa’ bena mill-ġdid din il-Knisja fuq disinn ta’ Lorenzo Gafà.
Fiha sar monument b’tifkira ta’ Fra Giovanni Bichi, filwaqt li l-kwadru titulari li juri s-Salvatur ġie mpitter minn Mattia Preti. Dan ġie misruq fl-1798 matul l-imblokk tal-Franċiżi. Il-festa kienet issir kull sena fis-6 ta’ Awwissu bit-tqassim tal-ħobż magħruf bħala għażżiela. Xogħol ta’ restawr estensiv tlesta f’Marzu 2009, filwaqt li l-pittura titulari l-ġdida, xogħol ta’ Paolo Camilleri Cauchi ġiet inawgurata minn Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali nhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu 2023 fil-festa Tas-Salvatur.
![salvatur chapel 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-1.jpg)
![salvatur chapel1 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel1-1-1024x472.jpg)
![salvatur chapel back 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-back-1.jpg)
![salvatur chapel inside 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-inside-1.jpg)
![salvatur chapel old 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-old-1.jpg)
![salvatur chapel old1 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-old1-1.jpg)
![Our Saviour Chapel old](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/03/Our-Saviour-Chapel-old.jpg)
![salvatur chapel statue 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/09/salvatur-chapel-statue-1.jpg)
![Salvatur internal 2023 scaled](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/08/Salvatur-internal-2023-3000x2000.jpg)