Il-Cot Lift ta’ Bighi inbena fi stil arkitettoniku Vittorjan fl-1903 u kien jintuża biex itella’ baħrin midruba minn vapuri navali lejn is-swali tal-Isptar Navali Rjali Bighi. Huwa jinsab 25 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar u kien it-tieni lift elettriku li ġie installat fil-Gżejjer Maltin. Sofra diversi ħsarat matul it-Tieni Gwerra Dinjija u reġa’ nfetaħ minn Lady Grantham fl-1956. Illum jifforma parti minn Esplora u jospita wirja storika dwar Villa Bighi. Il-lift dalwaqt ser jerġa’ jitħaddem u jwassal lill-viżitaturi fil-livell tal-baħar.