bighi header 1

Il-Villa Bighi

maltese english

go-to-location

Villa Bighi saret fuq disinn tal-arkitett Malti Lorenzo Gafà. Hija ġiet mibnija fl-1675 minn Fra Giovanni Bichi, in-neputi ta’ Papa Alessandru VII. Sena wara dan il-palazz mhux mitmum għadda f’idejn neputih Fra Mario Bichi minħabba l-mewt għall-għarrieda ta’ zijuh. Il-villa ġiet abbandunata matul l-imblokk tal-Franċiżi, filwaqt li fl-1827 ir-Re Ġorġ IV tal-Imperu Ingliż ta permess lill-Ammiraljat biex jibdel din il-binja fi sptar navali.

Fl-1829 waqt it-tħaffir tal-pedamenti nstabu erba’ stelae Eġizzjani. Nhar it-23 ta’ Marzu 1830 tqegħdet l-ewwel ġebla mill-Viċi Ammirall Sir Pulteney Malcolm. L-isptar Bighi sofra ħsarat kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija. RNH Bighi għalaq il-bibien tiegħu f’Settembru 1970. Illum il-binja tospita ċ-ċentru tax-xjenza interattiva ta’ Malta – ESPLORA kif ukoll l-uffiċji ta’ Xjenza Malta u Heritage Malta.


Tista’ tara ukoll

Is-sit uffiċjali ta’ Villa Bighi Official Website
Is-Sit uffiċjali tal-Esplora