rnella belvederei 1

Il-Belveder ta’ Pjazza Sagra Familja

maltese english

go-to-location

Il-veduta pittoreska li tinkludi x-Xatt tal-Kalkara flimkien mad-daħla tal-Kalkara u s-swar li jdawruha, tista’ taraha minn Pjazza Sagra Familja biswit Triq ir-Rnella. Fl-antik din il-pjazza kienet ħafna iżgħar milli hi llum u kienet imlaqqma ‘pjazza fwied’. Dan għaliex il-Kalkariżi f’din il-pjazza kienu jsajru u jbiegħu l-fwied biex jiġbru fondi għall-bini tal-kampnar tal-Knisja l-antika, li sfortunatament ġarrab ħsarat kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta l-Knisja ġġarrfet, u kellu jinħatt.

F’din il-pjazza jinsabu żewġ monumenti, wieħed jikkommemora il-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-ieħor bust tal-kompożitur Kalkariż Mro. Lorenzo Gonzi. Mro. Lorenzo Gonzi, li kien jgħix il-Kalkara, kiteb kompożizzjonijiet importanti għall-Kalkara fosthom l-Antifona ta’ San Ġużepp u l-Innu Marċ Sagra Familja.