Fil-bidu tas-seklu 19, Sir Agostino Portelli, fundatur tal-Malta Chamber of Commerce, iddeċieda li jibni l-villa tiegħu fil-Kalkara. Dan għamlu minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà li kien qed iħoss f’daru fil-Belt Valletta wara l-imblokk tal-Franċiżi tal-1798. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija din id-dar saret ir-residenza tal-Flag Officer ta’ Malta, filwaqt li fl-1961 ħadha f’idejh l-Ammiral Sir Douglas Eric Holland-Martin bħala r-residenza uffiċjali tiegħu minflok dik li hu kien jokkupa fi Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta.
Il-karatteristiċi ewlenin ta’ din il-villa kienu l-ġonna kbar li kienu jaslu sal-baħar fuq naħa waħda, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra kien hemm terrazzin sabiħ iħares lejn Villa Bighi. Fit-30 ta’ Jannar 1979 din il-binja għaddiet f’idejn il-Gvern Malti. Għal xi żmien il-Villa serviet bħala l-Istitut Marittimu ta’ Malta. Fl-2023 il-Gvern għaddha Villa Portelli f’idejn Heritage Malta.
![inside villa portelli1 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/08/inside-villa-portelli1-1.jpg)
![inside villa portelli2 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/08/inside-villa-portelli2-1.jpg)
![inside villa portelli3 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/08/inside-villa-portelli3-1.jpg)
![](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/villa-portelli-Stairs.jpg)
![vittvillaportelli 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/08/vittvillaportelli-1-1024x583.jpg)
![inside villa portelli 1](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2020/08/inside-villa-portelli-1-1024x738.jpg)
![VP022](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/VP022.jpg)
![VP038](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/VP038.jpg)
![VP036](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/VP036.jpg)
![](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/VP002.jpg)
![Admiral Packer 31 oct 45](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/Admiral-Packer-31-oct-45.jpg)
![Villa Portelli above](https://visitkalkara.com/wp-content/uploads/2023/11/Villa-Portelli-above.jpg)