L-Isptar Navali Rjali ta’ Bighi kellu ċ-ċimiterju tiegħu fil-konfini tiegħu stess. Kemm iċ-ċimiterju kif ukoll partijiet mill-isptar ġew żviluppati fi proġett residenzjali fl-1967 u l-fdalijiet tneħħew minn Bighi f’Diċembru 1966. Lapida fiċ-Ċimiterju tal-Commonwealth għandha dawn il-kliem: ‘Din l-irħama tfakkar f’dawk li oriġinarjament ġew midfuna fiċ-ċimiterju tal-Isptar Navali Rjali, Bighi, fis-snin 1846 sal-1901. Isimhom huwa rreġistrat għal dejjem fi ktieb ta’ tifkira fil-Knisja ta’ San Oswald, l-Isptar Navali Rjali, Malta.’
Iċ-Ċimiterju tar-Rnella kien jinsab madwar nofs triq bejn iċ-Ċimiterju tal-Commonweatlh u l-Isptar Bighi, u ntuża mill-membri tas-Sevizzi Ingliżi u l-familji tagħhom bejn l-1865 sal-1916. Fl-1978 il-fdalijiet ġew trasferiti f’qabar tal-massa fiċ-Ċimiterju tal-Commonwealth fejn hemm lapida b’dan il-kliem: ‘Hawn midfuna huma dawk membri tas-Servizzi Ingliżi u l-familji tagħhom li mietu bejn l-1865 u l-1913 u li qabel kienu midfuna fiċ-Ċimiterju Militari tar-Rnella.’ Illum dan iċ-ċimiterju ġie trasformat fi ġnien pubbliku.